Gallettini tal-amaretto

Ingredjenti

4 bajdiet, l-abjad biss

340g zokkor

340g intrita

30ml liqueur tal-amaretto

Metodu

Saħħan il-forn għal 170˚Ċ/325˚F

F’bieqja kbira jew f’mixer ħabbat l-abjad tal-bajd sakemm ikollok xkuma ftit iebsa. Bil-mod il-mod żid iz-zokkor u l-intrita. Żid il-liqueur tal-amaretto u daħħlu fit-taħlita tassew bil-mod sakemm ikollok taħlita lixxa.

Poġġi karta strazza fuq tilar tal-forn u idlek bil-butir. Imla kuċċarina mit-taħlita u ferragħha fuq it-tilar. Kompli agħmel hekk u begħidhom madwar 2ċm minn xulxin għax dawn jikbru.

Aħmi fil-forn għal madwar 15-il minuta sakemm jieħdu kulur kannella sabiħ.