Gallettini mill-friġġ

Ingredjenti għal 20 waħda

50g xaħam

50g zokkor

1 bajda

1 kuċċarina estratt tal-vanilla

190g dqiq

½ kuċċarina melħ

¼ ta’ kuċċarina baking powder

lewż imfarrak

Metodu

Ħallat flimkien ix-xaħam, iz-zokkor, il-bajda u l-vanilla f’bieqja kbira.

F’bieqja separata agħrbel id-dqiq, il-melħ u l-baking powder. Ħallat mat-taħlita tax-xaħam u aħdem b’idejk.

Ifred it-taħlita fi tliet biċċiet f’forma ta’ ċilindru, dijametru ta’ 4ċm, tul ta’ madwar 20ċ.

Irrombla fuq il-lewż imfarrak u żomm fil-friġġ għal xi sigħat inkella għal matul il-lejl.

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ (400˚F).

Qatta’ l-għaġina fi slajsis ta’ 1ċm, poġġi fuq karti strazzi midluka bil-butir jew xaħam u sajjar għal bejn 8-10 minuti.

Ħallihom jiksħu sew qabel taħżinhom.