Ingredjenti
130g peanut butter
130g zokkor
1 bajda kbira, mhux mill-friġġ
kuċċarina essenza tal-vailla
30 biċċa żgħira taċ-ċikkulata
Metodu
Saħħan il-forn għal 177˚Ċ/350˚F.
Ħallat tajjeb flimkien il-peanut butter u z-zokkor sakemm it-taħlita tibjad u teħfief. Ħabbat mat-taħlita l-bajda u l-essenza tal-vanilla.
Ifforma blalen żgħar ta’ madwar 2 ċm mit-taħlita. Poġġihom imbegħdin fuq landa tal-ħami miksija b’karta strazza.
Aħmi sakemm il-wiċċ tagħhom juri sinjali li qed jinqasam, madwar 10-12-il minuta.
Immedjatament daħħal biċċa ċikkulata f’kull galletina, aħmi għal 5 minuti oħra u oħroġhom mill-forn.