Gallettini bi tliet ingredjenti biss

Ingredjenti

100g butir

50g zokkor

150g dqiq self-raising

Metodu

Saħħan il-forn għal 180˚Ċ

Idlek ħafif żewġ baking trays.

Ħabbat il-butir biex jirtab. żid bil-mod il-mod iz-zokkor u mbagħad id-dqiq. Ifforma għaġina mhux tant ratba.

Ifforma l-għaġin f’16-il ballun id-daqs ta’ ġewża u poġġihom fuq il-baking trays. Xarrab il-ponot ta’ furketta fl-ilma u biha għattan il-ġallettini.

Sajjar fil-forn għal 15-20 minuta sakemm jieħdu kulur dehbi ċar.

Oħroġ mill-forn u ħallihom jiksħu għal kollox.