Gallettini b’ċikkulata doppja

Ingredjenti

400g ċikkulata mkissra biċċiet

260g dqiq

35g kokotina

2 kuċċarini baking powder

1 kuċċarina melħ

10 mgħaref butir bla melħ

100g zokkor ismar

70g zokkor abjad

4 bajdiet

2 kuċċarini instant coffee

2 kuċċarini estratt tal-vanilla

Metodu

Dewweb iċ-ċikkulata f’banju marija jew fil-microwave waqt li tħawwad kultant biex tkun lixxa.

Agħrbel flimkien id-dqiq, il-kokotina, il-baking powder u l-melħ u ħalli fil-ġenb.

F’bieqja ħallat tajjeb il-butir maz-zokkor l-abjad u l-ismar sakemm ikollok taħlita lixxa. Żid il-bajd waħda waħda imbagħad il-kafè u l-estratt tal-vanilla.

Żid iċ-ċikkulata mdewba.

B’mgħarfa tal-injam ħallat l-ingredjenti nixfin sakemm ikollok taħlita magħquda u bla boċċi. Għatti u ħalli t-taħlita toqgħod għal 35 minuta.

Saħħan il-forn għal 175˚Ċ (350˚F). Iksi 2 tilari tal-forn b’karta strazza midluka. B’mgħarfa itfa’ t-taħlita daqs ta’ ġellewża kull darba u ħalli 5cm bejn kull waħda.

Aħmi bejn 8-10 minuta. Il-gallettini jkunu saru imma n-nofs ikun jidher li għadu artab għax iċ-ċikkulata tkun għadha ma għaqditx. Ħalli l-gallettini jiksħu sew qabel tneħħihom minn fuq it-tilari tal-forn.