Gallettini bil-butir stil Franċiż

Ingredjenti

85g butir

60g zokkor

3 isfra tal-bajd, mifrudin

1 kuċċarina essenza tal-vanilla

260g dqiq

niskata melħ

2 mgħareg ilma

Metodu

Ħabbat flimkien il-butir u z-zokkor sakemm ikollok taħlita ħafifa. Ħabbat 2 isfra tal-bajd u l-essenza tal-vanilla. Ftit ftit żid id-dqiq u l-melħ. Aqsam l-għaġina li tifforma fi tnejn. Daħħalhom fil-friġġ għal 30 minuta sakemm jibbiesu biżżejjed li rkun tista’ tuża l-lembuba fuqhom.

Saħħan il-forn għal 177˚Ċ (350˚F).

Aħdem fuq porzjon ta’ għaġina. Agħmilha bejn żewġ karti strazzi u aħdimha bil-lembuba għal ħxuna ta’ nofs ċentimetru. Irrepeti l-istess proċedura fuq il-porzjon l-ieħor tal-għaġina. Aqta’ b’cutter tond ta’ 5cm biex tifforma l-gallettini. Poġġihom fuq il-landi tal-ħami fuq karti strazzi mbegħdin 2ċm minn xulxin.

Ħabbat flimkien l-isfar tal-bajd li jkun fadal mal-ilma. Ippinzella l-gallettini fil-wiċċ bit-taħlita u agħmel disinn fuqhom billi tmexxi l-ponot ta’ furketta fuqhom.

Aħmi għal 12-15-il minuta sakemm jieħdu kulur dehbi ċar. Ħallihom jiksħu għal kollox qabel tneħħihom minn fuq il-landi tal-forn.