Ġakketta tas-silġ tgħinek tonqos fil-piż

F’Università f’Kalifornja, il-Professur Wayne Hayes żviluppa ġakketta l-ġdida li tkessaħ il-ġisem u li b’hekk jiġġenera s-sħana biex jibqa’ sħun.
Skont Hayes, persuna li tilbes il-ġakketta taħraq 500 kalorija jew tonqos madwar nofs kilo f’ġimgħa.
Il-kesħa fil-ġakketta taħraq ix-xaħam li jinsab fl-ispallejn u fid-dahar.
Tista’ tinżamm fil-friża u tintlibes mill-persuna meta tkun komda u ma tkunx qed tagħmel xi tip ta’ eżerċizzju fiżiku.
Għalhekk, persuna tista’ faċilment tonqos fil-piż waqt li tkun bilqiegħda taħdem, jew anke waqt li tkun qed issuq.
Minkejja li għall-ewwel tħoss ftit kesħa, it-temperatura tal-ġisem toqgħod. Il-ġakketta qed tinbiegħ għal €140.