Gait Lab f’Mater Dei

235 tifel u tifla mistennija jibdew igawdu minn servizz tal-Gait Lab li se jkun introdott fl-Isptar Mater Dei fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan qalu s-Segretarju tas-Saħħa Chris Fearne fi tweġiba supplimentari għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Il-Gait Lab huwa servizz fejn persuna, ġeneralment tfal u persuni bi problemi newromuskolari jimxu fuq paviment apposta. Il-mod kif il-persuna tkun qed timxi jinqabdu minn sensuri fil-paviment u minn kameras apposta, liema data tiġi analizzata permezz ta’ programm apposta.
Fearne spjega li s-servizz se jkun introdott wara ftehim milħuq mal-Università ta’ Malta u preżentement qiegħed jiġi installat.