Aġġornata: Gaia Cauchi l-ewwel Maltija li ssir pupa tal-LEGO

21.00: B'reazzjoni għall-aħbar ta' Newsbook.com.mt, kienu ħafna s-siti elettroniċi Maltin li għoġbithom l-idea tal-pupi tal-Lego. Inkitbu bosta artikli b'lenti ċajtiera jew sarkastika dwar personalitajiet Maltin oħrajn li fil-fehma ta' dawn is-siti jixirqilhom ukoll figuri ta' pupi.
Aktar kmieni: Għall-ewwel darba fl-istorja mindu bdew isiru l-figuri tal-Lego fl-1949 dalgħodu ħafna qamu jitkellmu dwar l-idea ta' wieħed mill-producers tal-Junior Eurovision Song Contest li ħass li għandu jagħti rikonoxximent lit-tfajla Maltija ta' 11-il sena li rebħet il-Junior Eurovision Song Contest 2013 u li saħħret lill-Ewropa bil-vuċi tagħha.
Il-producer, apparti li għamel il-figura b'fattizzi simili għal dawk tal-kantanta Maltija, żied libsa ħamra u libsa bajda magħha. Dawn kienu l-kuluri li Cauchi spiss dehret bihom fil-festival ta' Novembru li għadda. Mal-pupa ukoll għamel mikrofonu jew trofew biex ifakkar fir-rebħa ta' Cauchi li għamlet f'isem il-Maltin.
Uffiċjalment din hi l-ewwel pupa li saret ta' kantanta Maltija mill-producer tal-Junior Eurovision. L-idea bdiet meta fl-2013 saru l-pupi tal-kantanti kollha tal-festival tal-kbar li matulu dik is-sena ħa sehem Gianluca Bezzina. Din pero' kienet biss prova ġenerali u l-pupi ftit li xejn rawhom nies.Għall-kuntrarju l-ewwel tentattiv propju kien dak ta' din is-sena li jsiru l-pupi tal-kantanti tfal li kantaw fil-Junior Eurovision 2013, fosthom il-pupa tal-kantanta Maltija li rebħet il-festival fl-2013.