Ritratti: Gaffa tieħu n-nar fil-Magħtab

Gaffa ħadet in-nar fil-Magħtab skont il-Pulizija.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.40 pm. Il-Pulizija ma kellhiex aktar dettalji dwar l-inċident sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

Aktar tard fi stqarrija, il-Wasteserv qalet li l-makkinarju li ħa n-nar kien ta’ wieħed mill-kuntratturi tagħha. Qalet li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw is-sitwazzjoni fit-3.30 pm. Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

F’Awwissu li għadda, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili talab lir-residenti tan-Naxxar, San Ġwann, Tas-Sliema u postijiet oħra fil-viċinanzi biex iżommu t-twieqi ta’ djarhom magħluqa. Dan wara li nirien ħakmu Parti mill-WasteServ fil-landfill tal-Magħtab.