Gaffa taqa’ minn fuq trakk fil-Marsa

Gaffa waqgħet minn fuq trakk fi Triq Aldo Moro kantuniera ma’ Vjal il-Labour fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post waslu mill-ewwel uffiċjali tal-Pulizija. S’issa għadu ma ġiex ikkonfermat jekk weġġax xi ħadd f’dan l-inċident.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn