Gaffa taqa’ 2 sulari fil-Qawra; 2 l-isptar

Read in English.

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident fejn gaffa waqgħet żewġ sulari fil-Qawra.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Triq it-Tamal fl-10.10am. Jidher li l-gaffa kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 55 sena minn San Pawl il-Baħar waqgħet żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni. Raġel ieħor, ta’ 23 sena minn Pembroke, mar sabiex jgħin lir-raġel li kien involut fl-inċident u ndarab hu wkoll.

Ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post u ħadet liż-żewġ irġiel l-isptar. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.