Gafà mar il-Libja f’isem il-Gvern – Abela

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela kkonferma li Neville Gafà kien parti mid-delegazzjoni tal-Gvern u mar il-Libja fil-kapaċità tiegħu bħala impjegat tal-Gvern. Abela kien qed iwieġeb mistoqsija supplementari tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.

Hu qal li Gafà kien parti minn delegazzjoni mmexxija mill-Ambaxxatur Libjan Charles Saliba u marru l-Libja fit-18 ta’ Ġunju li għadda biex jiddiskutu r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn Malta u l-Libja, b’mod partikulari s-sitwazzjoni prekarja preżenti fil-Libja u l-isfida għall-immigrazzjoni.

Whistleblower Libjan kien allega li Gafà dkn iż-żmien uffiċjal fil-Ministeru għas-Saħħa kien qed jitlob flus biex joħroġ viżi mediċi lil-Libjani.

Aqra: Neville Gafà pprova jħallas lin-nies biex ma jixhdux kontrih

Aqra: Għaliex il-Prim Ministru ddefenda lil Neville Gafà?