Gafa ilu jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Jannar

Neville Gafa ilu jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Jannar tal-2019. Din l-informazzjoni ħarġet mit-tweġiba tal-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija parlamentari mill-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Reċentament, Muscat kien qal li ma jafx għal liema dipartiment tal-Gvern kien jaħdem Gafa.

Mat-Times of Malta, Muscat kien qal li Gafa kien impjegat tal-Gvern imma naqas milli jgħid għal liema ministeru kien qed jaħdem. Żied jgħid ukoll li ma kienx jaf eżatt x’kien jgħid il-kuntratt ta’ Gafa.

Busuttil talab lil Muscat biex jipprovdi dettalji dwar ix-xogħol ta’ Gafa minn Marzu tal-2013.

Muscat qal li Gafa kien impjegat mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ilu jaħdem hemm minn Jannar tal-2019 bħala koordinatur.

Traskrizzjonijiet jallegaw frodi minn uffiċjal fl-OPM

Gafa kien beda jaħdem bħala Direttur tal-Proġetti fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) f’April tal-2014. Tkeċċa f’Diċembru tal-2018. Kien qed jitħallas €30,000 u kien qed jingħata mobile u internet b’xejn. Fost allowances oħra, Gafa kien qed jaqla’ sa €10,002 oħra. Din l-informazzjoni kienet ħarġet minn mistoqsija parlamentari tal-MP tal-PN Claudette Butigieg lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fl-2017.

Neville Gafà jiċħad l-allegazzjonijiet ta’ tixħim

Gafa kien deher f’rapporti fil-midja f’Novembru wara li ltaqa’ ma membri tal-Gvern Libjan fi Tripli bħala mibgħut speċjali mill-Prim Ministru. Hu qal li mar il-Libja għal raġunijiet personali. Allega wkoll li ltaqa’ ma’ Haithem Tajouri fit-triq. Tajouri huwa mexxej ta’ grupp ta’ militanti magħruf bħala it-Tripoli Revolutionaries Brigade (TRB).

Qabel, Gafa kien jaħdem bħala assistent tal-customer care fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa minn Ġunju tal-2013 sa April tal-2014. Hu kien impjegat fuq paga ta’ skala 11.

“Kompromess tax-xitan bejn Muscat u Fearne dwar Gafà” – Delia

Busuttil staqsa jekk Gafa kienx parti minn delegazzjoni uffiċjali tal-Gvern lejn il-Libja matul Ġunju ta’ din is-sena. Muscat wieġeb fil-pożittiv u qal li d-delegazzjoni tmexxiet mill-Ambaxxatur Malti fil-Libja Charles Saliba. Waqt il-laqgħaġew diskussi ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi u l-immigrazzjoni.

Imkeċċi, trasferit jew għadu hemm?

Qabel ma l-PL tela’ fil-Gvern fl-2013, Gafa kien jaħdem bħala assistent f’ħanut tan-nuċċalijiet.