Ġabru l-flus għal Puttinu f’għeluq sninhom

L-atturi Xylon Bristow (ta’ Klassi Għalina) u Kylie Mizzi (ta’ Prima Facie u Becky The Return), li aktar tard din is-sena se jkunu qed jiżżewwġu, għal għeluq sninhom għamlu appell biex minflok rigali f’għeluq sninhom, jingħataw donazzjoni biex jgħadduhom lil ta’ Puttinu.

Dawk qrib tagħhom semgħu l-appell tagħhom u tawhom il-flus, b’kollox is-somma sabiħa ta’ €350 li issa din il-koppja għaddiet lil Rennie u lil Angele ta’ Puttinu Cares.

Prosit tassew Xylon u Kylie. Bla dubju l-ġest tagħkom se jinħass biex titla’ sew is-somma ta’ flus miġbura meta bejn it-22 u l-24 ta’ Mejju ssir il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi f’risq Puttinu.