Gabriel Jesus skorja, għamel assist u tkeċċa fil-finali tal-Copa America

Gabriel Jesus skorja gowl u għamel assist qabel ma tkeċċa. Iżda xorta waħda l-Brażil irnexxielhom jirbħu l-ewwel titlu tal-Copa America wara 12-il sena. Huma rnexxielhom jegħlbu l-Peru bl-iskor ta’ 3-1. Ir-rebħa kienet ta’ konsulazzjoni għal Jesus li deher jibki kif ġie mkeċċi. Hu u ħiereġ ‘l barra, ixxutja flixkun tal-ilma u mbagħad imbotta l-monitor tal-VAR.

Din kienet id-disa’ darba li l-Brażiljani rebħu l-Copa America u dan kien l-ewwel turnew tagħhom li rnexxielhom jirbħu mindu rebħu l-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-2016. Kull darba li l-Brażiljani lagħbu l-kompetizzjoni f’darhom, irnexxielhom jirbħuha. Ir-rebħa ta’ din is-sena kompliet iżżomm ma’ dan ir-rekord.