Gabriel Garko jiċħad li żżewweġ

L-attur Taljan Gabriel Garko ċaħad l-għidut tal-midja Taljana li huwa kien iżżewweġ bil-moħbi.

Milli jidher, dawn l-għidut bdew wara li Garko deher f’xi ritratti b’ċurkett f’idejh.

L-attur jinsab l-Eġittu flimkien ma’ attur ieħor, Gabriele Rossi, li ħadem miegħu fil-minisensiela L’Onore e il Rispetto.

L-allegazzjonijiet tal-midja Taljana huma li dawn it-tnejn iżżewwġu.

Iżda f’kumment li għamel, Gabriel Garko saħaq li din l-aħbar dwaru kienet waħda ġdida għalih għax hu ma’ żżewwiġx u li bħal kulħadd sar jaf b’din l-aħbar mill-ġurnali u r-rapporti li nxterdu fuq il-midja soċjali.