Ġabra kmieni tal-ittri fl-aħħar tas-sena

Il-MaltaPost ħabbret li nhar it-Tnejn 31 ta’ Diċembru l-aħħar ġabra mill-kaxxi tal-ittri kollha se ssir fis-1 pm.

Fi stqarrija, il-MaltaPost qalet li l-Parcel Office fl-uffiċċju tal-Marsa se jkun miftuħ sal-4 pm. Dan sar bi qbil mal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni.