Gabigol irid jingħaqad b’self ma’ Sporting Lisbon

Il-plejer ta’ Inter Gabriel Barbosa, magħruf aħjar bħala Gabigol, qed jinsisti mal-club tiegħu sabiex jingħata b’self lil Sporting Lisbon fil-Portugall.
Gabigol, illi lagħab biss disa’ logħbiet ma’ Inter kemm ilu magħhom f’sena u nofs, irid jilgħab aktar hekk kif għal darb’oħra jidher illi se tkun diffiċli għalih illi jibda mal-ewwel ħdax ta’ Inter.
Għalkemm saru biss kuntatti inizjali, il-club mill-belt ta’ Lisbona lest li jħallas nofs il-paga tal-plejer.
Gabigol għad għandu biss 20 sena u diġà lagħab erba’ darbiet mat-tim nazzjonali Brażiljan.