Gabi Calleja tilħaq Chairperson tal-Kunsill Konsultattiv LGBTI

Gabi Calleja nħatret bħala ċ-Chairperson il-ġdida tal-Kunsill Konsultattiv LGBTI. 
Calleja se tieħu post Cyrus Engerer li rriżenja minħabba l-impenji ta’ xogħol tiegħu barra minn Malta. 
Il-Kunsill Konsultattiv LGBTI li hu ffurmat minn diversi NGOs li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet ċivili, din is-sena se jkun qed jiddiskuti l-liġi tal-koabitazzjoni.