G7 iħassru l-attivitajiet tal-massa għaż-żmien li ġej

Il-kumpanija tad-divertiment G7 flimkien ma’ Sound Salon ħabbret li wara li segwew u analizzaw is-sitwazzjoin kurrenti kif ukoll ikkunsidra ħafna affarijiet, ġie deċiż li jwaqqfu l-attivitajiet tal-massa u parties li kellhom ippjanati għaż-żmien li ġej.

F’post fuq Facebook huma qal li se jibqgħu jsegwu s-sitwazzjoni biex jaraw kif tiżviluppa u jiddeċiedu ġimgħa ġimgħa jekk u meta jorganizzawx l-attivitajiet tal-massa.

Sostnew li huma dejjem poġġew is-saħħa pubblika bħala l-ewwel prijorità tagħhom u li dejjem imxew mar-regolamenti tal-awtoritajiet.

G7 events u Sound Salon kienu l-organizzaturi tal-party Hotel Takeover li sar fil-lukanda Radisson f’Pembroke minn fejn s’issa rriżultaw diversi każijiet posittivi għall-COvid-19 fl-aħħar ġimgħa u nofs.

⚠️Important Announcement⚠️

Posted by G7 events on Wednesday, July 29, 2020