F’xahar u nofs il-Maltin jissellfu mal-4,000 e-book

Statistika miġbura mil-Libreriji f’Malta turi żieda qawwija u sostanzjali fl-użu tal-e-books matul ix-xahar ta’ Marzu u l-ewwel tmint ijiem ta’ April 2020.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Gvern Lokali qal li ċ-ċifri juru kif f’Marzu 758 persuna differenti użaw l-app Libby minn fejn ġew mislufa 2807 e-book.  Fl-ewwel tmint ijiem ta’ April diġà kien hemm 442 li għamlu użu mill-app u ssellfu 1174 e-book.

Dan ifisser li bejn Jannar u April diġà ġew mislufa -ekwivalenti ta’ 40% tal-kotba mislufa matul is-sena 2019. 

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ iżur is-sit www.maltalibraries.gov.mt għal kull informazzjoni relatat mas-servizzi offruti inkluż dawk online. Il-portal maltalibraries.overdrive.com jew l-App tal-Qari LIBBY tagħti lill-membri ta’ Malta Libraries aċċess għal ’il fuq minn 8,000 e-books, audiobooks u magazines b’xejn. Dawk interessati għandhom jirreġistraw bid-dettalji tal-karta ta’ sħubija ta’ Malta Libraries. Min mhux membru jista’ japplika online wkoll minn www.maltalibraries.gov.mt mingħajr il-bżonn li jżur il-librerija tal-lokal.