Filmat: Ara x’jagħmel dan il-kantant minflok jieħu stessi!

Il-podoloġista  Dav.Jr għandu 24 sena. Is-sena l-oħra kien Melbourne fejn kien qed jiffoka aktar fuq il-mużika tiegħu.

Jistqarr żewġ affarijiet partikolari, l-ewwel li ma jħobbx jieħu ritratti tiegħu nnifsu.

It-tieni iġorr miegħu kullimkien lil Woody, il-pupu mill-films ta’ Toy Story.

Jimpressjona bl-interpretazzjoni tal-kanzunetta oriġinali tiegħu The Brew, miktuba bi ħsieb ta’ fejqan lil xi ħadd qrib tiegħu.

“Għandek il-pakkett komplut għal X Factor,” qallu Howard.

“Huwa dak li qed infittex jien” żiedet tgħid Alexandra.

Ira u Ray kuntenti wkoll u għalhekk ma’ Dav Jr se nerġgħu niltaqgħu wkoll!