F’Wales: tinqatel mara ta’ 74 sena f’jum il-Milied

BBC

Raġel ġie arrestat wara li kien suspettat li qatel mara ta’ 74 sena f’jum il-Milied. Il-mara nstabet mejta ġewwa dar f’Gwynedd f’Wales nhar il-Milied.

Is-servizzi t’emerġenza marru fuq il-post wara li rċivew rapporti li l-mara kienet qed issofri minn ġrieħi gravi. Skont rapport maħruġ minn BBC, għalkemm kemm il-familja, il-pulizija u l-paramediċi ppruvaw jagħtuha l-għajnuna, il-mara ġiet iċċertifikat mejta fuq il-post.

Il-Pulizija tat-Tramuntana ta’ Wales qalet li raġel ta’ 75 sena ġie arrestat u qed ikun interrogat b’konnessjoni mal-każ.