F’Venezja jpoġġu fuq it-tapit l-aħmar biex jipprotestaw

Reuters

Read in English.

Is-Sibt, mijiet ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fuq it-tapit l-aħmar tal-Festival tal-films f’Venezja. Huma kienu qed jipprotestaw dwar it-tibdil tal-klima u insistew li l-vapuri tat-trusti ma jidħlux fil-belt.

Huma kien lebsin boiler suits bojod fuq ħwejjiġhom u qagħdu bilqiegħda fuq it-tapit l-aħmar fejn kien hemm diversi atturi famużi fosthom Brad Pitt, Scarlett Johansson u Joaquin Phoenix.

Fuq il-kartelluni huma kellhom miktub ‘Id-dar tagħna fil-periklu’ u ‘Le għall-vapuri tat-turisti’. Dawk li kienu qed jipprotestaw kienu mdawrin bil-Pulizija.

Dawk li kienu preżenti qalu li huma jridu li l-kriżi tat-tibdil fil-klima tiġi indirizzata u għandha tieħu prijorità.