F’Venezja jintużaw għall-ewwel darba l-barrieri tal-għargħar

Venice Barriers

Read in English.

F’dawn l-aħħar sigħat bdew jintużaw għall-ewwel darba l-barrieri kontra l-għargħar li tpoġġew f’postijiet strateġiċi madwar Venezja. Dan minħabba li l-għargħar huwa previst li jkun ta’ 130 ċentimetru.

Dawn il-barrieri tlestew din is-sena wara snin ta’ kontroversja minħabba li l-proġett dam ma tlesta. F’Novembru li għadda Venezja ntlaqtgħet mill-agħar għargħar fi 53 sena. L-uffiċjali tal-belt stmaw li l-ħsara tal-għargħar se tkun bejn wieħed u ieħor biljun Ewro. Iż-żieda fid-drabi ta’ għargħar ikkumplikati bit-tibdil fil-klima wasslu biex il-proġett jitlessta b’urġenza.

Filwaqt li t-78 barriera ġew installati kollha, xi infrastruttura għadha qed titlesta. Eventwalment, is-sistema se tintuża meta l-għargħar ikun imbassar li jitla’ 110 ċentimetri (43 pulzier), iżda waqt li għadu għaddej ix-xogħol ġie stabbilit li l-barrieri jintużaw mal-limitu ta’ 130 ċentimetru.