Futur indeċiż għal Courtois

Il-gowlkiper ta’ Chelsea Thibaut Courtois għadu ma ddeċidiex il-futur tiegħu meta naqas milli jġedded il-kuntratt illi għandu mal-Blues. Għalkemm huwa stqarr għal ħafna drabi illi jixtieq jibqa’ fi Stamford Bridge, l-ebda ftehim bil-miktub għadu ma ġie iffirmat bid-diriġenti xi ftit mħassbin dwar dak li jista’ jiġri. 
B’Chelsea illi qegħdin ifittxu biex iżommu t-taqtiegħa għar-rebħ tal-kampjonat Ingliż u bl-objettiv illi jibqgħu sejrin iktar ‘il bogħod fil-fażi tal-UEFA Champions League, Courtois qal illi ma jridx jaħseb għalissa x’ jista jiġri iżda jrid jikkonċentra fuq l-impenji futuri li għandu. 
Il-Belġjan ta’ 25 sena rċieva wkoll offerta mingħand l-Ispanjoli ta’ Real Madrid illi min-naħa tagħhom qegħdin ifittxu gowlkiper.