​Futur inċert għal Bakayoko

L-ewwel staġun tal-plejer Franċiż flimkien ma’ Chelsea kien ferm diżappuntanti u skont rapporti f’ġurnali Ingliżi u Ġermaniżi jidher li Borussia Dortmund huma interessati fil-midfielder ta’ 23 sena.
Tiemoue Bakayoko ssieħeb ma’ Chelsea wara staġun fenomenali fejn kien membru integrali fit-tim ta’ Monaco li mhux biss rebaħ il-kampjonat Franċiż iżda wasal ukoll sas-semifinali taċ-Champions League. Jidher li Julian Weigl, Gonzalo Castro u Nuri Sahin se jħallu lil Borussia Dortmund fi tmiem l-istaġun u b’hekk id-diriġenza tal-klabb Ġermaniż tefgħet l-attenzjoni tagħha fuq Bakayoko.
Madanakollu Chelsea qed jitolbu £53 miljun għall-midfielder Franċiż; £13 miljun iktar mis-somma li nefaq il-klabb Ingliż fis-Sajf tal-2017.