Futsal: Tkaxkira mill-Beltin

It-tim tal-futsal ta’ Valletta FC rebaħ bi 13-gowl kontra t-tim tal-futsal Universitarju. Il-logħba kienet il-finali tat-tazza tas-Super Cup, fejn Valletta FC iddominaw il-logħba kollha.

Valletta FC għalqu tmiem l-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 9-0, hekk kif it-tim avversarju deher li kien xi ftit statiku u naqas milli jwettqu reazzjoni. Għal Valletta FC, skurjaw fosthom, Dylan Musu u Shawn Vella. L-unika gowl li skurjaw it-tim tal-Università kien ta’ Jonathan Martinelli.

Valletta FC issa qed iħejju ruħhom għal impenn ieħor li għandhom ġewwa l-Islovakkja fejn se jieħdu sehem fil-Main Round tal-UEFA Futsal Champions League f’Ottubru.