Futsal Malta Association varat il-logo ġdid tagħha u ttelgħu l-poloz

Waqt lagħa tal-Kunsill tal-Futsal Malta Association (FMA), bil-preżenza tal-uffiċjali tal-klabbs kollha li se jieħdu sehem fl-istaġun tal-futsal 2014/15, ġie varat il-logo il-ġdid tal-FMA.
Il-laqgħa saret fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin u kienet evidenti l-arja ta’ ħeġġa u sodisfazzjon għax-xogħol li qed isir bi preparazzjoni għall-bidu tal-istaġun tal-futsal.
Fil-bidu tal-laqgħa tkellem il-President tal-FMA l-Perit Mark Borg fejn iddeskriva l-logo l-ġdid bħala sens ta’ kontinwità minn fejn bdiet l-assoċjazzjoni fi spirtu ta’ tiġdid u dinamiżmu.
Borg semma l-inizzjattivi li l-FMA għandha biex tkompli tippromwovi l-futsal f’Malta, b’mod speċjali fost it-tfal bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport.
Tkellem ukoll Kevin Mifsud li qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Tekniku, fejn stieden lill-kowċis kollha biex jieħdu sehem f’żewġ korsijiet li se jagħmel għalihom.
Fuq kollox waqt din il-laqgħa ttelgħu l-poloz tal-kampjonat Premier, tal-Ewwel Diviżjoni u n-Knock Out.
L-istaġun 2014/15 se jibda nhar it-Tnejn 15 ta’ Settembru, bl-ewwel żewġ logħbiet mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni.
L-Imqabba jilagħbu kontra l-Imdina u l-Imsida jilagħbu kontra l-Mellieħa.
Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru tintlagħab il-finali tas-Super Cup bejn Balzan u Luxol.
Il-kampjonat Premier jibda nhar it-Tlieta 30 ta’ Settembru bil-logħba bejn Zebbug u Mosta.
Intant fir-rawnd preliminari tan-Knock Out ikollna dawn il-logħbiet:
Luqa vs Balzan bir-rebbieħ jilgħab kontra Lija fl-Ewwel Rawnd.
Naxxar vs Gzira bir-rebbieħ jilgħab kontra Siggiewi fl-Ewwel Rawnd.
Valletta vs Sirens bir-rebbieħ jilgħab kontra Attard fl-Ewwel Rawnd.
B’Bugia vs Qrendi bir-rebbieħ jilgħab kontra Swieqi fl-Ewwel Rawnd.
Mellieha vs Msida bir-rebbieħ jilgħab kontra Hamrun fl-Ewwel Rawnd.
Mqabba vs Qormi bir-rebbieħ jilgħab kontra Mdina fl-Ewwel Rawnd.
Fl-ewwel rawnd ikollna wkoll lil Mosta kontra Luxol u Zebbug kontra Zurrieq.