Futsal: It-tim Malti mpenjat fi tliet logħbiet fil-Bulgarija

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal, il-Ħadd li ġej se jħalli Malta għall-Bulgarija biex jieħu sehem fi Grupp D mir-Rawnd Preliminari Ewropew.
Taħt it-tmexxija tal-kowċ Peter Pullicino, Malta se tkun impenjata kontra l-Ingilterra, l-Bulgarija u l-Albanija bejn l-24 u s-27 ta' Jannar.
L-ewwel partita għal Malta tkun it-Tlieta 24 ta’ Jannar kontra l-Ingilterra fl-4.30pm ħin lokali. It-tieni partita tintlgħab l-Erbgħa 25 ta’ Jannar kontra l-Bulgarija fis-7.00pm waqt li t-tielet u l-aħħar partita tintlgħab il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar kontra l-Albanija fl-4.30pm.
L-iskwadra msejħa hija din:
Gowlers: – Neil Cuschieri (Valletta FC), Matthew Xerxen (Luxol FC).
Difensuri: – Melvin Borg (Valletta FC), Nicola Del Re (Luxol FC), Jovicia Milijic (Valletta FC), Giancarlo Sammut (Luxol FC), Mark Zammit (Luxol FC).
Attakkanti: – Karl Azzopardi (Luxol FC), Matthew Attard (Luxol FC), Glenn Bonello (Luxol FC), George Frendo (Msida FC), Andy Mangion (Luxol FC), Dylan Musu (Valletta FC), Xavier Saliba (Valletta FC).