Futsal: Hibernians jibqgħu l-ewwel fil-kampjonat premier

Hibernians, Luxol u Balzan li qed jokkupaw l-ewwel tliet postijiet fil-klassifika rispettivament, kollha rebħu matul din il-ġimgħa.
Luxol kienu fil-quċċata għal ġurnata waħda biss meta għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 7-4.
Il-gowls Ħamruniżi waslu mingħand Christian Cacciatolo, Aboussala Mohammed Elamari u doppjetta ta’ Christian Cuadros Silva.
Ir-rebħa ta’ Luxol kienet magħmula mid-doppjetta ta’ William Barbosa u Tarek Ibrahim flimkien mal-gowls ta’ George Frendo, Karl Saliba u Florin Anton.
Hibernians għelbu lil San Gwann bl-iskor ta’ 8-2.
Għal Hibernians kellhom awtogowl, żewġ gowls ta’ Celino Alves, żewġ gowls ta’ Mark Zammit, gowl ta’  Kurt Bartolo, Xavier Saliba u David Bobokidhze.
Għal San Gwann iż-żewġ gowls waslu mingħand Nizar Fawsi Salem Abouisha u Denis Di Maio.
Balzan għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 6-0.
Għal Balzan skurjaw Emil Raducu, Gabriel Dobre, Clint Cope, Glenn Bonello, Jovica Milijic u Boycho Marev.
Zabbar ukoll ħarġu rebbieħa fuq Pembroke Athleta bl-iskor ta’ 4-3.
Kienu Pembroke li fetħu l-iskor permezz ta’ Manea Florin.
Zabbar irrispondew b’Omar Toutoungi u bl-aħwa Rosen u Nikolay Filipov fejn tal-aħħar wettaq doppjetta personali.
Aktar tard Brian Deguara u Karl Azzopardi naqsu d-distakk għal Pembroke.
Rebħa importanti għal Melita fuq Zurrieq bl-iskor ta’ 8-4.
Il-protagonisti prinċipali kienu Rudy Alinho u Jairo Cuetto li skurjaw tliet gowls kull wieħed.
Melita wrew logħob kollettiv u waslu biex skurjaw l-ewwel erba’ gowls fl-ewwel minuti tal-partita.
Għal Zurrieq, Tyron Borg skurja tliet gowls f’qasir żmien biex għalaq l-ewwel taqsima 5-3 għal Melita.
Melita komplew jiddominaw fit-tieni taqsima u komplew ikabbru l-vantaġġ b’erba’ gowls oħra.
Għal Zurrieq rega’ kien Tyron Borg li skurja r-raba’ gowl.
Intant Swieqi għelbu lil Mosta 3-2 u Birzebugia għelbu lil Luqa bl-iskor ta’ 5-1.