Futsal: Ħamrun Spartans jispiċċaw fl-ewwel post qabel il-play-offs

Ħamrun Spartans aċċertaw ruħhom li jispiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika tal-Gatorade Elite Round meta l-Ġimgħa filgħaxija huma għelbu lil Swieqi 11-5, f’logħba li ntlagħbet fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.
L-Ispartans kienu motivati illi jiksbu l-quċċata tal-klassifika hekk kif iddominaw għal ħafna ħin din il-partita.
Lija, li aċċertaw ir-raba’ post li jfisser play-off, reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Msida St Joseph .bl-iskor ta’ 6-4.
F’partita oħra li ntlagħbet aktar kmieni din il-ġimgħa, Swieqi għelbu lill-Imsida 5-2.
Fil-klassifika, Ħamrun issa huma aċċertati mill-ewwel post meta għandhom 49 punt segwiti minn Luxol li għandhom 48, Valletta fit-tielet post b’40 u Lija 35. Swieqi temmew il-kampjonat b’27 punt filwaqt li Msida għandhom 22.
B'hekk issa sar magħruf il-programm ta’ logħbiet mill-play-offs hekk kif Ħamrun jilagħbu kontra Lija filwaqt li Luxol jaffrontaw lil Valletta.
Mill-Kampjonat Gatorade tal-Ewwel Diviżjoni, il-liders Sliema għelbu lil Żebbuġ 8-2.
F’aktar partiti, Sirens għelbu lill-Imqabba 4-1 filwaqt li Mdina Knights rebħu lil Gozo 3-2.
Finalment, Marsaskala qabżu lil Qrendi fil-klassifika hekk kif għelbuhom bl-iskor ta’ 4-1.