Futsal: Gowl fl-aħħar sekondi jċaħħad lil Malta mill-ewwel punt

It-tim nazzjonali tal-futsal kien ftit sekondi ’l bogħod milli jikseb l-ewwel punt fl-aħħar logħba ta’ Grupp D mir-rawnd preliminari tal-Kampjonat Ewropew tal-Futsal 2018 iżda l-Albanija aċċertaw ruħhom mit-tliet punti f'rebħa ta' 3-2 b’gowl fl-aħħar sekondi.
Wara rebħiet konvinċenti kontra l-Bulgarija (7-1) u l-Ingilterra (5-1), l-Albanija kienu favoriti li jikkonkludu l-impenji b’rebħa oħra komda iżda t-tim Malti qam għall-okkażjoni biex jagħmel l-affarijiet ferm diffiċli għall-avversarji.
It-tim Malti, li tilef l-ewwel żewġ logħbiet tal-grupp konta l-Ingilterra u l-Bulgarija, temm l-ewwel taqsima b’vantaġġ ta’ 2-1.
It-tim immexxi minn Peter Pullicino mar anke viċin li jiskorja t-tielet gowl iżda kienu l-Albanija li kisbu r-rebħa b’gowl 30 sekonda mit-tmiem.