Futbol tan-Nisa: Hibernians matematikament champions

It-tim tal-futbol tan-nisa ta' Hibernians rebaħ il-kampjonat tal-BOV l-Ewwel Diviżjoni hekk kif fadal tliet partiti x'jintlagħbu.
Dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta' 2-0 u fetħu vantaġġ ta' 10 punti fuq l-istess Karkariżi.
Gowls minn Shona Zammit u Ylenia Carabott fit-tieni taqsima wittew it-triq għar-rebħa Pawlista li b'hekk issa tara lit-tim ta' Hibernians iżommu t-titlu ta' champions.
Għal Hibernians dan huwa t-12-il rebħ tal-kampjonat fl-istorja tal-klabb.
Fil-logħbiet l-oħra mill-Ewwel Diviżjoni, Mġarr United għelbu lil Luxol Raiders bl-iskor ta' 2-1 waqt li Kirkop United u Pembroke Athleta spiċċaw fi dro ta' 1-1.
Mit-Tieni Diviżjoni, iċ-champions il-ġodda Gozo għelbu lil Ħamrun Spartans 8-0, Mosta għelbu lil Tarxien Rainbows 1-0 u Sliema Wanderers għelbu lill-'B' team ta' Kirkop United 4-2.