​Futbol Femminili: Birkirkara u Hibernians mill-ġdid flimkien fil-quċċata

Matul din il-ġimgħa kompla l-futbol tan-nisa fejn nhar il-Ħadd li għadda Gozo ġew megħluba f’darhom bl-iskor ta’ 2-1 minn Kirkop United.
It-Tlieta kellna diversi partiti mill-ewwel u mit-tieni diviżjoni.
Birkirkara rebħu bil-kbir lil Raiders Luxol b’erba’ gowls f’kull taqsima.
B’din ir-rebħa massiva Birkirkara reġgħu ġew f’ras il-klassifika ma’ Hibernians li għandhom logħba aktar b’39 punt.
Mgarr United ukoll marru tajjeb meta għelbu lil Pembroke bl-iskor ta’ 4-1.
Mgarr issa ngħaqdu ma’ Gozo fit-tielet post minkejja li l-Għawdxin għandhom żewġ logħbiet iżjed.
Mit-tieni diviżjoni Hamrun Spartans għelbu lil Lija/Iklin bl-iskor ta’ 2-0.
Tarxien Rainbows għelbu lil Vittoriosa Stars billi ħadu walk-over.
B’hekk Tarxien Rainbows jibqgħu f’ras il-klassifika b’31 punt segwiti minn Fgura b’28 punt u Hamrun Spartans b’26 punt.
Fgura għandhom logħba iktar u Hamrun għandhom żewġ logħbiet aktar