Futbol, ċajt u kant; il-leġġenda Jan Molby f’Malta

Nhar il-Ħamis 20 ta’ Ġunju il-leġġenda ta’ Liverpool Jan Molby  se jiġi  Malta għal serata li ser issir darba biss ġewwa s-City Theatre fil-Belt Valletta. Hu se jkun qed jirrakonta u jitkellem dwar il-karriera tiegħu. Se jkun hemm ukoll il-kantanta Trucua McTeague kif ukoll il-komiku Jamie Southerland, li se jkun qed jaqsmu mal-udjenza t-talenti tagħom.

L-għan prinċipali ta’ Molby hu li jqajjem kuxjenza dwar it-testijiet tal-qalb. Molby għandu għal qalbu ħafna din il-kawża u permezz ta’ din iż-żjara f’Malta se jkun qed jgħin ukoll lis-Soċjetà Kardijaka Maltija.

Jan Molby li twieled id-Danimarka skorja xejn inqas minn 44 gowl fiż-żmien li għamel ma Liverpool. Huwa kien ukoll preżenti meta Liverpool rebħu l-Kampjonat Ingliż fl-1990. Kulmin se jkun qed jattendi s-serata, se jisma’ rakkonti dwar diversi leġġendi oħra tal-futbol li Molby qasam id-dressing room magħhom fosthom; Johann Cruyff, Ian Rush, John Barnes u Pere Schmeichel.

Biex tixtri l-biljetti u għal aktar informazzjoni dwar din is-serata tista’ żżur is-sit elettroniku.