Futbol b’xejn għal persuni b’diżabilità

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol u l-Fondazzjoni Inspire qed jaħdmu flimkien fuq proġett li jgħaqqad l-esperjenza u d-dedikazzjoni tat-tnejn.
Flimkien nedew l-inizjattiva "Football for Life”, li permezz tagħha jorganizzaw sessjonijiet ta’ futbol għal żgħażagħ u adulti b’diżabilità fiżika jew li huma neqsin mid-dawl.
Dawk li jridu japplikaw ma’ Fondazzjoni Inspire, irid ikollhom minn 12-il sena ’l fuq, u minkejja d-diżabilità għandhom ikunu jistgħu jiċċaqilqu fiżikament b’mod indipendenti.
Is-sessjonijiet divertenti se jkunu magħmula b’mod li fihom jistgħu jieħdu sehem individwi bi bżonnijiet differenti, se jibdew iktar tard dan ix-xahar u se jkunu mingħajr ħlas.