Fuq xiex se jkollhom xi jgħidu?

Sorelle

Sorelle jkompli llum fl-3.40pm fuq TVM fejn se naraw lil Vince x’se jgħid lil Leo dwar Sully? Għaliex Leo ma jieħux pjaċir?

Matthew jixtieq jiċċelebra xi ħaġa. Iżda ma’ min xtaq jiċċelebra? Samantha toħroġ mill-isptar. Fejn se jeħodha Norman u ma’ min se jiltaqgħu qabel imorru l-lukanda tiegħu? Steve u Frederick kważi jkollhom xi jgħidu. X’se jurih Steve? U Frederick għaliex jibqa’ ċċassat?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fl-11.45pm u għada filgħodu fis-6.15am, dejjem fuq TVM. L-episodji ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru s-Sibt filgħodu mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.