“Fuq l-immigrazzjoni nwaqqfu l-paroli vojta u nbiddlu r-regoli” – Arnold Cassola

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Prim Ministru Taljan Renzi u dak Grieg Samaras għandhom jieqfu mill-wegħdiet fiergħa.
Cassola qal li fir-realta’ Muscat, Renzi u Samaras ma kienux kapaċi jipperswadu lill-Prim Ministri l-oħra Ewropej biex juru verament is-solidarjeta’ u minflok tawna l-ġenb fuq il-burden sharing.
Il-Professur Cassola qal li l-Alternattiva Demokratika flimkien mal-partiti l-oħra Ħodor fl-Ewropa ipperswadew il-kollegi Ewropej li r-regoli tat-trattat ta’ Dublin jridu jinbidlu.
Spjega li d-Dublin II irid jinbidel b’tali mod li meta immigrant jasal Malta jkun jista’ jimxi u jirriloka lejn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Cassola qal li d-dmir tal-Muscat, Renzi u Samaras huwa li jkollhom wegħdiet konkreti mill-kolleġi tagħhom Ewropej.