Filmat: “Fuq il-Covid-19, m’għadnix biss imnikket iżda rrabjat ukoll” – Grech

Bernard Grech
Miguela Xuereb
Diskors mill-Kap Tal-Partit Nazzjonalista

Diskors mill-Kap Tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech

Posted by Partit Nazzjonalista on Friday, November 6, 2020

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech stqarr li kull mewta mħabbra minħabba l-Covid-19 m’għadhiex biss tnikktu iżda saret tirrabjah. Fis-17-il jum li fih il-Parlament iltaqa’ biex jiddiskuti fi stadju ta’ kumitat ta’ provista l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Grech qal “li hemm bżonn li n-nies tagħmel pressjoni fuq il-Gvern minħabba l-frustrament li l-Prim Ministru mhux qed jagħti importanza lis-saħħa tan-nies”.

Huwa qal li l-Gvern m’għandux iserraħ rasu li l-persuni li qed imutu bil-Covid-19 għandhom kundizzjonijiet ulterjuri u allura ma jagħmel xejn dwar is-sitwazzjoni preżenti. “Kulħadd għandu underlying conditions, anki jien għandi underlying conditions… u iva għaliex bħallikieku xorta se tmut,” stqarr Grech.

Huwa appella lill-Gvern biex ipoġġi l-flus fejn hemm bżonn biex jieħu ħsieb il-ħajja tan-nies. “Fejn tidħol is-saħħa tan-nies m’għandna nagħmlu l-ebda kompromess,” insista Grech.

Grech stqarr li “meta int Prim Ministru b’mod grossolan qed tinjora l-pariri tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika u allura int trid terfa’ r-responsabilità ta’ dan”.

Huwa qal li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħabbret li hemm tliet djar ta’ anzjani li għandhom każijiet tal-Covid-19. Grech qal li diġà hu gravi li l-anzjani huma morda iżda hu agħar li dawn ilhom tmien xhur maqfula f’kamrithom.

“Din hi traġedja ta’ żmienna u din is-sitwazzjoni mhux se ssewwiha bil-vouchers,” saħaq Grech. Huwa akkuża lill-Gvern b’popoliżmu u li qed iberbaq il-flus b’kampanji ta’ fastidju fuq il-mezzi soċjali.

Irrimarka li hu jinsab kburi li hu Malti u ammetta l-‘lapsus’ meta qal li għex fi żmien il-Granmastri. “Jien kburi li Malti iżda mhux bħalkom li tridu tbiegħu l-passaport lill-kriminali u lill-frodisti. Naqa’ u nqum biex inkompli miexi, mhux bħalkom li taqgħu u tqumu mill-poplu,” stqarr Grech.

Grech sejjaħ għal patt soċjali ġdid biex ilkoll nikbru għax il-PN ipoġġi lin-nies fuq quddiem: