Fuq ftehim dwar Brexit, Merkel fetħet tieqa, Macron sabbat il-bieb

FILE PHOTO: Julian Simmonds

Wara li  l-kanċillier Ġermaniż Angela Merkel fetħet tieqa ta’ tama li tinsab soluzzjoni fuq il-kwistjoni tal-konfini Irlandiżi fuq il-ftehim ta’ Brexit, il-President Franċiż Emmanuel Macron jidher li sabbat il-bieb dwar din il-possibilita’. Dan għamlu sigħat biss qabel mal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson se jżur Franza biex ikompli t-taħdidiet mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Fil-ġurnata tal-Erbgħa, Merkel tat x’tifhem li jista’ jinstab soluzzjoni dwar ‘backdrop’ kif inhi magħrufa l-klawsola dwar it-trattament tal-konfini Irlandiżi fi 30 ġurnata. Għal dan is-suġġeriment, Johnson jirrisponda billi qal li jkun iktar minn ferħan b’din l-iskeda mgħaġġla.

Madanakollu, dlonk intervjena Macron biex jitfi kull entużjażmu billi ftit sigħat qabel il-laqgħa ma’ Johnson, stqarr li mhux possibbli li n-negozjati jerġgħu jinfetħu.

Ir-Renju Unit mistenni joħroġ mill-UE fil-31 t’Ottubru