Fuq Ebay opportunità biex issuq bendy bus!

Filwaqt li f'Malta hawn kontroversja sħiħa minħabba l-bendy buses, fuq is-sit elettroniku Ebay li huwa sit fuq l-internet magħruf għax-xiri bl-irkant, hemm min qed joffri servizz b'dawn il-vetturi. 

Persuna jew kumpanija minn Londra qed toffri opportunità lil min lest iħallas 150 lira Sterlina, iċ-ċans li jsuq bendy bus. 

F'Londra l-bendy buses kienu tneħħew fl-2008 wara incidenti fejn tliet bendy buses kienu ħadu n-nar. Ħafna minnhom spiċċaw f'Malta sakemm ġew irtirati jumejn ilu.