Funerali: Arresti b’rabta ma’ informazzjoni dwar imwiet fl-isptar

Skont rapporti fil-midja lokali, illum saru arresti ta’ kummissjonant tal-funerali u impjegat ta’ kuntrattur f’Mater Dei.
Dan bħala parti mill-investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet li l-kummissjonijiet tal-funerali qed tingħatalhom informazzjoni dwar il-persuni li jkunu mietu fl-isptar, saħanistra anke qabel ma jkunu jafu l-qraba.
Dalgħodu, raġel li għadda minn esperjenza bħal din, talab lill-Membri Parlamentari kollha, sabiex jieħdu azzjoni legali kontra dawk li qed ixerrdu informazzjoni sensittiva dwar il-mewt ta’ persuni fl-isptar lill-kummissjonanti, sabiex jikkuntattjaw lill-qraba biex joffru servizz.
Hu insista li bosta drabi, li dawn jikkuntattjaw il-qraba għas-servizzi qabel ma l-qraba jkunu ġew mgħarrfa bit-telfa tal-qarib tagħhom.