Funeral doppju għal Pino Daniele u tibda l-investigazzjoni dwar qtil

Hekk kif illum se jsiru ż-żewġ funerali tal-kantant Taljan Pino Daniele, wieħed f’nofsinhar Ruma u l-ieħor fis-seba’ tal-lejl f’Napli, il-Prokura ta’ Ruma qed tistenna biex issir l-awtopsja u tinvestiga jekk il-mewt ta’ Daniele hux każ ta’ omiċidju involontarju.
Il-kantawtur Naplitan miet nhar il-Ħadd filgħaxija kawża ta’ attakk tal-qalb.  L-investigazzjoni se tikkonkludi jekk kienx Pino Daniele stess li talab biex mid-dar fit-Toscana, imur l-isptar Sant'Eugenio f’Ruma, fejn hemmhekk jaħdem il-kardjologu li kien qed isegwih.
Dakinhar tal-attakk f’qalbu, il-qraba ċemplu għal ambulanza iżda mbagħad ikkanċellaw t-talba għaliex iddeċidew imorru malajr Ruma bil-karozza tagħhom.