Fundacion Mapfre tniedi sit internet b’inizjattivi soċjali

Fundacion Mapfre nediet is-sit internet sabiex iżżid il-kuxjenza dwar il-proġetti soċjali tagħha madwar id-dinja, b’inizjattivi soċjali li minnhom jibbenefikaw iktar minn 100,000 persuna.
Il-Proġett Formando Comunidad (Niffurmaw il-Komunità) mexxa iktar minn 107 programm fi 23 pajjiż bl-għan li jtejjeb l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni, is-saħħa u l-aċċess għall-impjiegi għall-madwar 105,000 tifel u tifla u żgħażagħ li qed jesperjenzaw faqar u l-esklużjoni soċjali.
Is-sit il-ġdid www.formandocomunidad.fundacionmapfre.org mistenni jippromwovi ukoll relazzjoni aħjar bejn l-entitajiet, il-volunitiera u l-benefiċċjarji tal-programmi, filwaqt li tipprovdi l-aħħar informazzjoni dwar kull proġett, ritratti tal-attivitajiet fi ħdan il-proġett u aċċess dirett għall-profil soċjali ta’ kulll programm.
F’Malta, Fundacion Mapfre f’kollaborazzjoni ma’ Mapfre Middlesea p.l.c. qed tappoġġja lill-Equal Partners Foundation bil-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ tfal taħt l-eta ta’ seba’ snin li għandhom diżabilità jew problemi fl-iżvilupp tagħhom, fl-ewwel snin ta’ ħajjithom. 
Proġetti oħra tal-Fundazzjoni jinkludu l-Universita Panamerikana ta’ Mapfre, ċentru soċjali riċentament imniedi fil-Messiku, li tul din is-sena mistenni jassisti 5,000 individwu bi dħul baxx ġewwa Santa Fe, post b’rata għolja ta’ esklużjoni soċjali, fejn se tipprovdi ikel, edukazzjoni, servizzi ta’ saħħa, appoġġ legali u pariri psikoloġiċi. 
Is-sit il-ġdid jiffoka partikolarment fuq it-tfulija u l-edukazzjoni, tnejn mill-iktar kwistjonijiet għal qalb tal-Fondazzjoni. F’dan ir-rigward se tipprovdi kontenut edukattiv bil-għan li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-falliment skolastiku u tluq kmieni mill-iskola. 
Dan il-materjal preparat minn Fundacion Mapfre u l-Organizzazzjoni Ibero-Amerikana b’risq il-qasam tal-edukazzjoni, xjenza u kultura jista’ jitniżżel bla ħlas minn fuq is-sit u hu mmirat lejn għalliema, student u familji.
Is-sit il-ġdid se jkun ukoll pjattaforma ta’ inizjattivi edukattivi oħra bħat-tielet edizzjoni tal-Kompetizzjoni ta’ stejjer qosra “Il-futur f’idejna,” li jippromwovi l-qari u l-kreattivita fost iż-żgħażagħ fl-Amerika Latina.
Fuq is-sit se jkun hemm ukoll sejħa għall-proġetti soċjali “Formando Comunidad” sabiex jinkoraġġixxi  l-organizzazzjoni soċjali fl-Amerika Latina, l-Istati Uniti, il-Filippini, it-Turkija, Malta u l-Portugall.
F’Settembru mistennija jiġu ppublikati r-regoli.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.