Fuljett ġdid għall-ommijiet li ma jistgħux jgħajxu lit-tarbija tagħhom

Se jibdew jitqassmu mil-lum fuljetti fl-ispiżeriji kollha ta’ Malta u Għawdex għal dawk l-ommijiet li qed isibu diffikultà biex jgħajxu lit-tarbija tagħhom.
Il-fuljett se jkun fih numru ta’ kuntatti u servizzi bżonjużi, u se jservi biex dawk l-ispiżjara li mhumiex ibigħu l-morning after pill (MAP) ikunu jistgħu joffru alternattivi ta’ appoġġ materjali, emozzjonali, soċjali u legali, u fl-istess ħin it-tarbija tiġi mħarsa wkoll.
Din l-inizzjattiva saret b’kollaborazzjoni bejn l-ommijiet mill-paġna Save the Embryo Protection Act – Malta, is-servizz HOPE tal-Gift of Life/CARITAS u Dar Ġużeppina Debono t’Għawdex.