Fuel: Il-Maltin iħallsu daqs il-medja Ewropea

Il-Maltin qed iħallsu daqs il-medja Ewropea għall-fuel. Bħalissa l-pajjiż għandu l-11-il aktar prezz għoli minn 28 pajjiż.

Dawn iċ-ċifri joħrġu mill-aħħar indiċi tal-prezzijiet fl-UE. Il-lista tiġi aġġornata kull ġimgħa.

Il-fuel Euro-super 95, magħruf bħala unleaded, f’Malta jiswa €1.41 għal kull litru. Il-medja fl-UE hija ta’ €1.41. Il-medja fiż-żona Ewro hija ta’ €1.45.

Qabel ma wieħed iżid it-taxxa, il-prezz tal-fuel f’Malta huwa l-aktar wieħed għoli fl-UE.
Fejn jidħol id-diżil, il-prezz f’Malta jinsab fit-13-il post – €1.28 kull litru. Il-mejda fl-UE hija ta’ €1.33.

Kummissjoni Ewropea