Ftuħ ta’ uffiċċju ġdid tal-MEUSAC f’Għawdex

Ġie inawgurat uffiċċju ġdid tal-MEUSAC fil-kumpless tal-Università fix-Xewkija.
Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Helena Dalli semmiet kif wara diskussjonijiet li saru mal-Ministeru għal Għawdex, kien offrut spazju fil-kumpless tal-Università li tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-MEUSAC mingħajr ħlas.
Il-Ministru Dalli enfasizzat li minn kemm ilu jopera l-MEUSAC f’Għawdex, il-Kunsilli Lokali ħadu aktar minn €4 miljun għal 34 proġett differenti filwaqt li NGOs ħadu aktar minn miljun ewro għal 22 proġett.
Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo tenna li huwa essenzjali li l-MEUSAC ikollu uffiċċju f’Għawdex.
Qal li l-Kunsilli Lokali, l-intrapriżi u l-individwi Għawdxin kien ikollhom imorru Malta biex jinqdew b’din il-ħolqa essenzjali bejn Għawdex u l-Unjoni Ewropea.
Sostna li kien għalhekk li nfetaħ mill-ġdid uffiċċju rappreżentattiv tal-MEUSAC f’Għawdex. 

Ritratt: MGOZ – George Scerri