Ftuħ ikkulurit għar-Regatta Water Festival

Ftuħ ikkulurit għar-Regatta Water Festival hekk kif ilbieraħ filgħaxija ngħata bidu għal dan il-festival li se jdum għaddej ġimgħa.

L-attivitajiet tal-ftuħ kienu jinkludu l-In Guardia li għamlu spettaklu minn fuq id-dgħajjes tal-pass li telqu mill-Birgu u spiċċaw l-Isla. Fi tmiem it-traġitt għamlu spettaklu kkulurit li ġibed il-kurżità ta’ għadd ta’ persuni li għandhom għal qalbhom din it-tradizzjoni.

Din hija l-ewwel sena li sar dan l-ispettaklu, li jorbot tajjeb mat-tradizzjoni tar-regatta li taf il-bidu tagħha minn żmien il-kavallieri.

Matul il-ftuħ uffiċjali s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ppreżenta tifkira lir-rappreżentanti tas-seba’ klabbs tar-regatta.

 

Ritratti: DOI – Clifton Fenech